Żagħżugħ ta’ 26 sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ sular waqt li kien qed jaħdem minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur.
L-inċident seħħ iktar kmieni għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu.
Iż-żagħżugħ ittieħed immedjatament lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza.
Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li ġew appuntati wkoll numru ta’ esperti biex jgħinu fl-inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>