Ewropa Internazzjonali Kurżitajiet

Daqshekk turisti bit-trolleys f’Venezja

L-awtoritajiet ta’ Venezja, mis-sena d-dieħla, m’għandhomx jippermettu li t-turisti jġorru l-bagalji u t-trolleys ‘li jagħmlu l-istorbju’ mill-bankini tal-belt li huma magħmulin mill-ġebel kbar magħrufa bħala ‘masegni’.

Id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ minn Mejju li ġej, bil-Kummissarju Straordinarju ta’ Venezja, Vittorio Zappalorto, irid japprova miżura ‘rivoluzzjonarja’ fil-konfront tat-turisti li jaslu f’din il-belt. B’hekk, it-turisti jkunu obbligati li jużaw bagalji b’roti tal-gomma li jintefħu bl-arja, bit-trolleys li għandhom roti tal-plastik ikunu pprojbiti minħabba li jagħmlu wisq storbju.