Ewropa Internazzjonali

Filmat: Nisa għarwenin jaħtfu qassis bħala protesta fi Franza

Membri tal-grupp FEMEN, nisa li għall-aħħar snin kienu qed jagħmlu atti diversi b’sidirhom barra, ħatfu qassis bħala protesta kontra ż-żjara u d-diskors li l-Papa Franġisku mistenni jagħmel nhar it-Tlieta li ġej fil-Parlament Ewropew.

F’filmat li ttella’ fuq Youtube, il-qassis jidher jitkellem ma’ mara, qabel resqet karozza li minnha ħarġu t-tfajliet b’sidirhom barra, ħatfu lill-qassis u ħaduh magħhom fil-karozza.

Fil-filmat, li jista’ jkun ukoll stunt bl-iskop li jattira pubbliku ikbar, ittella’ wkoll il-messaġġ: “Alla mhux saħħar/Il-Papa mhux politikant.”

Il-grupp jisħaq li qed jiddefendi s-sekulariżmu mill-attakki tal-Vatikan. Dan għaliex il-grupp FEMEN qed jakkuża lill-Vatikan u lill-Papa b’okkupazzjonijiet reliġjużi kriminali tal-Ewropa.

Filfatt il-grupp qed iqis lill-Parlament Ewropew bħala l-għadu tas-sekulariżmu u l-liberta’ minħabba l-istedina li saret lill-Papa biex jindirizza lill-MEPs.