Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, il-21 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ Manwel Mallia, bit-titlu fil-faċċata jgħid li l-Prim Ministru għandu jneħħi lill-Ministru tal-Intern. L-istess appell sar ukoll mill-AD.
L-istess ġurnal jagħtina wkoll storja dwar il-GU Clinic u kif l-Isptar Mater Dei mhux joffri testijiet tal-HIV.
Il-każ Manwel Mallia trattat ukoll minn THE MALTA INDEPENDENT fejn naqraw li x-xufier tal-Ministru Mallia ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija, filwaqt li Muscat baqa’ spalla ma’ spalla ma’ Manwel Mallia.
L-ORIZZONT jgħidilna li dan il-każ “qanqal diversi mistoqsijiet u spekulazzjonijiet”.
THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni li appella lill-Prim Ministru biex ineħħi lill-Ministru tal-Intern li gideb dwar l-isparatura ta’ jumejn ilu.
//= $special ?>