Il-ġurnal THE TIMES OF MALTA illum qed jikkwota kummenti li provaw jieħdu l-ġurnalisti mingħand ir-residenti li joqgħodu biswit id-dar ta’ omm ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia.
Wieħed mir-residenti kien kwotat jgħid li xi ħadd qalilhom biex ma jiftħux ħaqlghom dwar il-każ. “Qalulna speċifikament biex ma ngħidu xejn dwar dak li ġara hawnhekk”.
Il-ġurnal avviċina xejn anqas minn 12-il resident fit-triq fejn seħħet l-isparatura fil-Gżira, iżda kollha kienu xettiċi ħafna jekk għandhomx jitkellmu. Ħin minnhom deher ukoll raġel fil-gallarija ta’ omm Paul Sheenan, li bħalissa jinsab sospiż mix-xogħol.
Intant, minkejja l-appell tal-Kap tal-PN u tal-Alternattiva Demokratika biex Mallia jitneħħa mill-kariga tiegħu, il-Prim Ministru baqa’ spalla ma’ spalla ma’ Manwel Mallia. Anzi, għażel li jikser is-silenzu wara li ħalla jgħaddu kważi 24 siegha sħaħ, mingħajr ma’ qal xejn dwar it-tneħħija tal-Ministru.
//= $special ?>