Lokali

Il-Każ tal-Ministru Mallia fuq il-media Skoċċiża

Il-Każ tal-Ministru Mallia issa ħa żvolta oħra wara li qed jieħu prominenza fuq portal Skoċċiż.

F’dan il-portal Skoċċiż intqal li Joseph Muscat u Mallia qablu bejniethom li għandha tittieħed azzjoni kontra Sheenan, filwaqt li taw l-istorja dettaljata ta’ x’ġara eżatt f’dik il-lejla li seħħ il-każ. L-Iskoċċiżi jidru li qed issegwu din l-istorja fid-detall permezz ta’ Twitter, b’posts tal-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil u anke tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi. Dwar tweets tal-Kap tal-Opożizzjoni, hemm referenza għall-mistoqsija għalhiex Joseph Muscat għadu ma ħa l-ebda azzjoni kontra dan il-każ.

‘The Scotsman’ tidher li se tkompli tara kif tiżvolġi din l-istorja li issa mhux biss qed tqajjem mistoqsijiet hawn Malta iżda anke qed tqajjem mistoqsijiet il-bod minn xtutna.

http://www.scotsman.com/news/politics/top-stories/malta-mp-accused-of-cover-up-over-scot-shooting-1-3612624

Aktar kmieni …

Wara aktar minn 30 siegħa arrestat għall-interrogazzjoni, Stephen Morrison Smith, il-vittma fl-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, dalgħodu nħeles mill-Pulizija. Madankollu, għadu mhux ċar jekk il-Pulizija hijiex se tressaq lil Morrison Smith quddiem il-Qorti.

Dan il-fatt qed ipoġġi pressjoni fuq il-Ministeru tal-Intern, anke fil-kuntest tal-fatt li l-każ qed ikun segwit mill-qrib mill-Kummissjoni Għolja Ingliża għal Malta. F’dan l-istadju għadu mhux stabbilit x’tip ta’ assistenza legali qed jingħata l-Iskoċċiż Smith u jekk dan hux ikollu d-drittijiet tiegħu garantiti waqt l-arrest.

Dan il-każ mistenni jkollu aktar żviluppi meta jibdew ikunu kkonfermati aktar fatti partikolarment dwar x’wassal lill-Ministeru tal-Intern u lill-Ministru Manwel Mallia biex jibdel il-verżjoni dwar id-direzzjoni li lejha spara Paul Sheenan.

Sadanittant, l-opinjoni pubblika qed tistenna l-eżitu tal-inkjesta li qed issir dwar dan il-każ serju li seta’ kellu konswegwenza gravi għall-fatt li t-tiri sparati mix-xufier ta’ Manwel Mallia laqtu l-vettura tal-Iskoċċiż, tant li waħda minnhom laqtet anki s-saqaf tal-vettura.

http://maltarightnow.com/news/2014/11/20/filmat-il-fatti-kif-graw-fil-kaz-tax-xufier-ta-manuel-mallia/