Lokali

FILMAT: Joseph Muscat jibqa’ jiddefendi lill-Ministru Manwel Mallia

F’kummenti lill-ġurnalisti fi Ġnien il-Gardjola fl-Isla, il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ jiddefendi lill-Ministru Manwel Mallia wara li dan ta’ l-aħħar inqabad jigdeb fil-każ tal-isparatura tax-xufier tiegħu.

Il-Prim Ministru kien mistoqsi serje ta’ domandi mill-ġurnalisti kollha preżenti dwar li l-pożizzjoni tal-Ministru Mallia m’għadiex tenibbli, iżda l-Prim Ministru baqa’ jiddefendi lill-Ministru Mallia. Hu qal li se joqgħod jistenna l-inkjesta qabel jieħu pożizzjoni.

Iżda wara li qal hekk, il-ġurnalisti komplew jipressaw lill-Prim Ministru u qalulu li għallinqas hu għandu jwarrab lil Manwel Mallia mill-kariga, għallinqas sakemm issir din l-inkjesta.

Barra minn hekk, il-ġurnalisti tagħna enfasizzaw għal aktar minn darba li l-kwistjoni kollha tal-każ Manwel Mallia mhux fuq l-inkejsta li qed issir – il-kwistjoni hija dwar il-fatt li l-Ministru fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat inqabad jigdeb b’mod ċar, anke b’ammissjonijiet li għamel hu stess l-għada tal-isparatura mix-xufier tiegħu.