Miljuni ta’ immigranti li qed jgħixu illegalment fl-Istati Uniti se jitħallew japplikaw għal permessi biex jaħdmu. Dan skont riformi kbar li ġew imnedija mill-President Amerikan Barack Obama.
Dawn l-immigranti jinkludu dawk li ilhom jgħixu fl-Istati Uniti għal ħames snin u li għandhom uliedjom jgħixu legalment fl-Istati Uniti.
Hemm ħames miljun immigrant li mistennija jibbenefikaw minn pakkett sforzat ta’ riformi bl-użu ta’ ordnijiet eżekuttivi, li se jagħtu lok lill-President Obama biex jaqbeż il-Kungress.
Madwar 11-il miljun immigrant illegali jgħixu fl-Istati Uniti.
//= $special ?>