Il-Partit Ingliż għall-Indiependenza (UKIP) eleġġa t-tieni deputat tiegħu fil-Parlament Ingliż.
Mark Reckless ġie elett f’elezzjoni każwali li saret f’Rochester and Strood, bil-partit radikali Ingliż inaqqar il-voti mingħand it-tliet partiti ewlenin.
Din l-elezzjoni kellha issir, propju għaliex Reckless warrab mill-partit Konservattiv tal-Prim Ministru David Cameron.
Dan ir-riżultat qed iqajjem ukoll tħassib dwar l-għażliet tal-votanti Ingliżi, propju ftit xhur biss qabel l-elezzjoni ġenerali tas-sena d-dieħla.
//= $special ?>

