Baġit 2015 Lokali

Il-verita’ dwar iż-żieda fil-prezz tas-sigaretti

Fil-Baġit li ġie preżentat nhar it-Tnejn li għadda, il-Ministru tal-Finanzi ta x’jifhem li ż-żieda fil-prezz ta’ kull pakkett tas-sigaretti se tkun ta’ 10ċ. Iżda dan jidher ċar li mhux il-każ.

Diversi persuni li kkuntatjawna fl-aħħar ġranet qalulna li huma qed iħallsu prezz ferm aktar għoli għas-sigaretti.

Minn stħarriġ li sar minn MaltaRightNow.com jirriżulta li l-10ċ li semma’ l-Ministru tal-Finanzi fil-Baġit kienet biss sisa. Ma dan il-prezz, hemm ukoll il-VAT u l-profitt, biex b’hekk iż-żieda totali li qed iħallsu l-konsumaturi fuq kull pakkett hija ta’ 30ċ.

Skont lista ta’ kemm qed jinbiegħu l-prodotti, hemm pakketti li issa qed jinbiegħu bil-prezz ta’ €5.30ċ filwaqt li l-orħos pakkett hu €4.50ċ.

Uħud kienu sorpriżi ferm b’din iż-żieda fis-sigaretti li ma kienitx ċara fil-Baġit.