Skont online poll li sar fuq is-sit www.wiwibloggs.com, il-kantanta Amber hija l-aktar favorita li tirbaħ il-Malta Eurovision Song Contest li se jsir bejn illum u għada.
Illejla u għada għal ħafna Maltin u Għawdxin, l-attenzjoni ddur fuq il-Malta Eurovison Song Contest. Għalhekk wara li l-ġimgħa l-oħra esperjenzajna l-ispettaklu tal-Junior Eurovision, mil-lejla tibda t-triq għal 20 kanzunetta li waħda minnhom biss se tirrapreżentana fl-Awstrija f’Mejju tas-sena d-dieħla.
Minn stħarriġ online fuq is-sit www.wiwibloggs.com l-aktar preferita li tirbaħ il-konkors hi Amber bid-diska Warrior (777 vot) . Fit-tieni post hemm Jessica bid-diska Fandango (494 vot) u fit-tielet post hemm Christabelle bid-diska Rush (465). Ovjament dan l-istħarriġ ma jiddeterminax ir-riżultati tal-lejla, is-serata tas-semi finali. Infatti l-istħarriġ għalaq il-bieraħ, ġurnata qabel is-semi finali. Mis-semi finali tal-lejla jgħaddu 14-il kanzunetta għas-serata ta’ għada.
//= $special ?>