Internazzjonali

Imut fil-Mali wara li tratta pazjent bl-Ebola

Tabib li kien qed jitratta pazjent tal-Ebola fi klinika tal-Mali miet ftit jiem wara l-konferma li hu wkoll spiċċa infettat bil-virus qattiel.

It-tabib kien ħa ħsieb reliġjuż Iżlamiku mill-Guinea fil-klinika ta’ Bamako,u meta għall-bidu ħasbu li r-reliġjuż – Imam – kellu marda fil-kliewi. Ġara, iżda, li r-reliġjuż kien marid bl-Ebola u laħaq espona lil ħaddieħor għal dan il-virus.

Il-Guinea, Sierra Leone u l-Liberja huma l-agħar pajjiżi milqutin bil-virus tal-Ebola. Mifhum ukoll li, s’issa, mietu b’kollox seba’ persuni mill-Ebola fl-art tal-Mali.