Lokali Qorti

Kumpens €46,587 għal familja li tilfet art ftit il-ġewwa minn Bieb il-Belt

Familja mill-Belt li kellha residenza ftit il-ġewwa minn “Bieb il-Belt” fil-post fejn illum hemm il-Parlament il-Ġdid, u li kienet meħuda lilhom biex isir Misraħ il-Ħelsien ingħatat €46,587 bħala kumpens talli l-Gvern Malti jew l-Istat ħadilhom l-binja.

 
L-eredi ta’ Carmela Demarco kienu infurmati mill-Kummissarju tal-Artijiet li skont il-kuntratt li kien sar fl-10 ta’ Mejju 1960 huma kienu intitolati għal kumpens ta’ Lm1,565, madankollu huma riedu kumpens ta’ Lm20,000.

 
Il-każ mar quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet presedut mill-Maġistrat Giovanni Grixti fejn dan ta raġun lill-familja Demarco u ddeċieda li din għandha tingħata s-somma li hija talbet u li tlaħħaq is- €46,587.