Lokali

L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija f’laqgħa mal-Prim Ministru f’Kastilja

F’dawn il-ħinijiet, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit għaddej f’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat. L-Aġent Kummissarju tal-Pulizija deher dieħel fil-Berġa ta’ Kastilja għall-ħabta tas-2.15pm, b’sorsi li tkellmu magħna jgħidu li fuq l-aġenda tal-laqgħa hemm l-aħħar żviluppi wara l-każ tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, li spara fil-pubbliku fuq vettura privata.

Hu mifhum li kienet l-intenzjoni tal-Gvern li l-laqgħa tinżamm sigrieta, tant li l-Aġent Kummissarju daħal fil-Berġa ta’ Kastilja minn bieb sekondarju.

Aktar dettalji kif jaslulna …