Internazzjonali

L-Iran imħeġġeġ biex jaħtaf ‘l-opportunitá’

Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin, Laurent Fabius, ħeġġeġ lill-Iran biex ‘jaħtaf l-opportunitá’ u jasal fi ftehim dwar il-programm nukleari tiegħu, waqt it-taħditiet li għaddejjin bħalissa fi Vjenna, fl-Awstrija.

L-Iran għandu sa nhar it-Tnejn biex jilħaq ftehim li jesiġi tnaqqis fil-programm nukleari jekk irid li n-Nazzjonijiet Uniti tneħħilu s-sanzjonijiet.

Intant, fadal l-ostakoli, anki jekk ġie deċiż li l-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin, Mohammad Javad Zarif, se jibqa’ għaddej bit-taħditiet (fi Vjenna) mad-delegati tal-Istati Uniti, l-Ingilterra, Franza, l-Ġermanja, r-Russja u ċ-Ċina — is-sitt potenzi li qed jirrappreżentaw lin-Nazzjonijiet Uniti fid-djalogu.