Internazzjonali

L-ISIS ġie attakkat 30 darba…minn nhar il-Erbgħa sal-lum

L-Istati Uniti u l-alleati tagħha wettqu 30 azzjoni militari mill-ajru kontra qagħdiet tal-ISIS fis-Sirja u fl-Iraq minn nhar il-Erbgħa sal-lum.

Il-Kmand Ċentrali Amerikan stqarr li 23 attakk fl-Iraq inkludew sitta qrib Baiji li laqtu binjiet, vetturi u taqsimiet tattiċi tal-ISIS filwaqt li postazzjoni għal gwardja u żewġ taqsimiet tattiċi nqerdu qrib Sinjar f’erba’ azzjonijiet militari.

Qagħdiet simili nqerdu jew ġarrbu ħsarat kbar fil-Punent ta’ Kirkuk, qrib Mosul u Ramadi u f’Tal Afar.

Fis-Sirja, sitt attakki qrib Kobani qerdu binjiet u żewġ taqsimiet tattiċi, filwaqt li attakk ieħor qrib ta’ Ar Raqqah ikkawża danni f’barracks tal-ISIS.