2.35pm:
Id-Digriet mill-Maġistrat Carol Peralta mistenni jingħata għall-ħabta tal-4pm.
2.20pm:
Min-naħa tagħha, il-Prosekuzzjoni qalet li hemm il-biża’ li jkunu kontaminati l-provi, kif ukoll li x-xhieda fil-każ huma vulnerabbli. Hemm il-biża’ wkoll li b’xi mod dawn jaħarbu minn Malta.
1.50pm:
Id-Difiża ssostni li m’hemmx elementi ta’ traffikar uman u li jekk l-akkużati jingħataw il-libertà proviżorja, dawn jistgħu jiġu kkontrollati b’diversi mezzi u b’kundizzjonijiet iebsin. Qalet li l-akkużati dejjem ikkoperaw mal-Pulizija u jafu li jekk jonqsu milli jobdu l-ordnijiet tal-Qorti ikunu qed iwettqu reat.
1.34pm:
Quddiem il-Maġistrat Carol Peralta (ritratt lemin), id-Difiża hi magħmula mill-Avukati Pio Valletta u Edward Gatt.
1.30pm:
Tibda s-seduta fil-Qorti li matulha d-Difiża tad-Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing Bin Han u d-Direttur tal-Marketing Liu Jia se tkun qed titlob għall-ħelsien mill-arrest preventiv taż-żewġ akkużati. Bin Han u Liu Jia qed jiġu akkużati, fost l-oħrajn, bi traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta biex eventwalment ikunu sfruttati fil-kamp tax-xogħol.