Lokali Parlament

Ma jweġibx dwar proċess ta’ promozzjonijiet fl-Air Malta

Wara li fl-aħħar sena l-Air Malta impjegat kważi 300 persuna, il-Ministru Edward Zammit Lewis responsabbli mill-kumpanija nazzjonali tal-ajru, ma weġibx dwar proċess ta’ promozzjonijiet fil-kumpanija nazzjonali.

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo, kelliem dwar it-turiżmu, staqsa fid-dawl ta’ dak li seħħ dan l-aħħar meta ħaddiema fl-Air Malta waqfu promozzjonijiet li kienu se jinħarġu mill-General Workers’ Union, jgħid x’inhi r-raġuni li l-General Workers’ Union (GWU) se toħroġ dawn il-promozzjonijiet lil ċerti nies biss. Staqsa wkoll jekk il-Bord tad-Diretturi approvax dan u jekk kienx hemm indħil mill-Gvern.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal biss li hu evidenti li l-General Workers’ Union ma toħroġ l-ebda promozzjonijiet fl-Air Malta.