Lokali

Filmat: Manwel Mallia welled gidba – il-PN

Il-Każ Manwel Mallia, fejn Ministru welled gidba, hu wieħed li qed ikompli jqajjem ħafna mistoqsijiet. Il-poplu Malti hu rrabjat u diżgustat bir-reazzjoni tal-Prim Ministru quddiem dan il-cover-up. Hekk stqarr il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami f’konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħħar żviluppi fuq il-każ.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi, li elenka lista sħiħa ta’ kontroversji li daħal fihom Manwel Mallia kemm ilu Ministru. Fost l-oħrajn, hemm il-kwistjoni serja mal-Ombudsman, numru rekord ta’ transfers u kwistjoni bla preċedent mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija.

Min-naħa l-oħra, il-Kandidat ġdida tal-PN għall-elezzjoni ġenerali Alessia Psaila Zammit fakkret kif dan il-Gvern ġie elett bl-għajta tat-trasparenza u l-kontabbiltà. Minkejja dan, il-Prim Ministru għadu ma jridx jieħu azzjoni konkreta kontra l-Ministru tal-Intern biex iżomm ma’ din il-wegħda.