Qorti

Olandiż jisfida lill-Pulizija biex tmexxi kontra l-ex tfajla tiegħu

Olandiż li bħalissa għaddej proċeduri kriminali fil-Qorti u bil-magħluq mixli li stupra lill-ex tfajla tiegħu, ta’ nazzjonalita’ Maltija ippreżenta rikors fil-Qorti fejn huwa sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tmxxi kontriha, u dan fuq rapport falz li allegatament għamlet lill-Pulizija u allegat xhieda falza bil-ġurament.

Johan Stellingwerf, ta’ 33 sena, huwa mixli bi stupru ma’ mara li magħha kellu relazzjoni ta’ erba’ xhur. Huwa jinsab mixli wkoll li froda lill-istess mara s-somma ta’ €25,000. L-isem tagħha ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti.

Il-Maġistrate Aaron Bugeja beda jisma’ s-sottmissjonijiet tal-avukati ta’ Stellingwerf, li qegħdin jitolbu biex titressaq il-mara fuq il-bażi ta’ erba’ lmenti kriminalui li kienu preżentati kontriha bejn Novembru ta-sena l-oħra u Awwissu li għadda.

Is-Supretendent Carmelo Bartolo qal li meta hu kien infurmat dwar l-isfida li saret, irreveda l-każ u mar jagħmel tfittxija fid-dar tal-mara. F’borża sewda taħt it-taraġ, huwa sab ħwejjeġ ta’ taħt, T-shirts, kalzetti u ħwejjeġ oħra li huma ta’ Stellingwerf. Hija qalet lill-Pulizija li kienet żammet dawn il-ħwejjeġ għax kienet hi li xtrathom.

Ix-xhud qal li l-Pulizija kienu ppreżentaw l-akkużi fil-Qorti u hemm seduta ppjanata għal Jannar li ġej fejn il-mara mistennija tiġi mixlija li eżerċitat dritt li mhux tagħha. Huwa qal li investigazzjonijiet fuq reati oħra kriminali fil-konfront tal-ex tfajla tal-Olandiż għadhom għaddejjin u li fuq dan kien hemm seduta oħra li ġiet posposta għal data oħra meta l-Qorti għandha tisma’ lil xi uffiċjali tal-Pulizija jixhdu dwar l-investigazzjonijiet li huma kkonduċew.

F’waħda mis-seduti fil-kumpilazjoni li qed issir kontra Stellingwerf, qabel mal-każ beda jinstema’ bil-biein magħluqa, il-Qorti semgħet kif f’Ġunju tas-sena l-oħra, kienet iqalet li l-istupru kien seħħ f’April tal-2012. Madankollu, hi kienet waqqgħet l-akkużi, sakemm jumejn wara kien reġa’ bdielha u reġgħet qajjmet il-każ fejn qalet lill-Pulizija biex ikomplu bil-każ.

Il-mara qed tallega li l-Olandiż stupraha diversi drabi fuq perjodu ta’ xahrejn, u dan meta huma kienu f’relazzjoni. Ir-raġel qed jinsisti li s-sess bejn it-tnejn kien konsenswali. Huwa kienu ilhom joħorġu flimkien għal erba’ xhur , u kienu jgħixu flimkien u kemm il-darba siefru flimkien, fosthom fi Spanja u l-Polonja. Il-każ ikompli bl-Avukat Jason Grima jidher għall-Olandiż.