Trid tiekol platt lasagne fid-dar ta’ Bruce Springsteen? Jiswa $300,000.
Il-kantant popolari Amerikan ħa sehem f’avveniment għall-karita’ bl-isem ta’ ‘Stand Up For Heroes’ f’Madison Square Garden fi New York. Dan biex jagħti kontribut fil-ġbir ta’ fondi b’riżq il-veterani tal-gwerra.
Springsteen, magħruf bħala ‘The Boss’, ta waħda mill-kitarri tiegħu biex kienet irkantata u li l-prezz tagħha beda b’$300,000. Offra wkoll lezzjoni tal-kitarra għal siegħa, rikba fis-sidecar tal-mutur tiegħu kif ukoll ikla lasagne fid-dar tiegħu.
Matul is-serata, Bruce Springsteen kanta ħames kanzunetti, fosthom, Dancing in the Dark u Growin’ Up.
//= $special ?>