Qraba ta’ 43 student Messikan li għadhom rapportati nieqsa, mexxew protesti tal-massa fil-kapitali biex talbu azzjoni mill-gvern sabiex il-maħbubin tagħhom jinstabu.
Il-familji mill-istat ta’ Guerrero waslu fil-Belt tal-Messiku wara li daru mal-pajjiż.
L-istudenti, li qed jistudjaw biex isiru għalliema, ġew nieqsa wara li attendew protesta f’Iguala, fl-istat ta’ Guerrero.
Ħafna qed jibqgħu mhux konvinti minn spjegazzjoni uffiċjali li l-istudenti nqatlu minn grupp ta’ kriminali li jittraffika d-droga.
Testijiet forensiċi qed isiru fuq katavri li nstabu f’qabar tal-massa fl-istat.
Is-sindku ta’ Iguala, Jose’ Luis Abarca kien arrestat u qed iħabbat wiċċu ma’ akkużi li hu ordna lill-pulizija biex tikkonfronta lill-istudenti dakinhar li dawn għebu fis-26 ta’ Settembru.
//= $special ?>