L-Avukati u l-Periti li ggradwaw fl-aħħar jiem, dalgħodu żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn intlaqgħu mill-Kap tal-PN Simon Busuttil, mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u minn numru ta’ impjegati fid-daħla tad-Dar Ċentrali. B’kollox, it-Tlieta li għadda ggradwaw 94 Avukat, filwaqt li l-Ħamis iggradwaw 51 Perit.
Il-Kap tal-PN awgura lil dawn il-gradwati, li fosthom kien hemm il-kollegi mill-Kamra tal-Aħbarijiet Lara Cassar u Edward Camilleri, kif ukoll il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Kevin Plumpton, li ggradwaw bħala Avukati. Il-kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Ħal Balzan Daniel Muscat kien fost il-Periti li żaru d-Dar Ċentrali.