Lokali

Ritratti: Minibus tibqa’ dieħla f’ħanut f’Raħal Ġdid

Sewwieq ta’ minibus għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel dritt fil-faċċata ta’ ħanut fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Il-minibus rikbet il-bankina u serrħet mal-armatura tal-ħanut bil-konsegwenza li saret ħsara kemm fil-vettura kif ukoll fil-ħanut.

Għad mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li sofrew xi ġrieħi f’dan l-inċident.

Fuq il-post waslu wkoll uffiċjali tat-traffiku biex jidderieġu l-karozzi. L-inċident ikkawża wkoll konġestjoni tat-traffiku f’din it-triq traffikuża.

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates