Żewġ persuni qed isoffru minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Bellavista f’San Gwann.
Iż-żewġ persuni, raġel ta’ 28 sena u mara ta’ 31 sena sofrew feriti ħfief u ġrieħi gravi rispettivament.
Jirriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn żewġ vetturi tat-tip Mercedes.
Bl-impatt iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat estensivi, bil-Mercedes tispiċċa bir-rota ta’ quddiem u bieba maqlugħa. Mal-impatt iż-żewġ vetturi spiċċaw iduru sakemm waqfu mal-bankina.
It-triq inżammet magħluqa kawża ta’ dan l-inċident, b’persuni li kkuntattjawna spjegaw kif kellhom jagħmlu u-turn u jduru lura minħabba li l-inċident imblokka parti sew mit-triq.
Kien hemm bżonn ukoll li t-triq titnaddaf minħabba l-ammont ta’ tifrik u biċċiet mill-karozzi li tferrxu mat-triq.
Fuq il-post waslu wkoll il-Pulizija mmexxija mis-Surġent Lawrence Gabriel, mgħejun mill-Kuntistabbli Brian Tonna, Chris Attard u Shaun Axiaq biex jinvestigaw dan l-incident kif ukoll biex jidderieġu t-traffiku.
//= $special ?>


