“Science Comminication to Society” hu l-iskop tal-Forum tal-Istudenti dwar ix-Xjenza fi ħdan l-NSTF, li hi l-fondazzjoni li tgħin lill-istudenti fl-istudju tagħhom billi mit-teorija tgħinhom anke fil-prattika billi anke jipparteċipaw f’fora u inizjattivi oħrajn barra minn Malta.
Illum waranofsinhar, uħud mill-istudenti tal-NSTF iltaqgħu mal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u mal-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia. Fost l-istudenti, li anke ppreżentaw ir-rapport tal-istudju li għamlu, kien hemm l-istudent ta’ 11-il sena Andre Jake Mifsud, li għamel proġett dwar it-turbini tar-riħ u x’tip ta’ enerġija tista’ toħroġ minnhom.
Minbarra l-Forum tal-Istudenti dwar ix-Xjenza, attendew ukoll studenti mill-Forum dwar il-Psikoloġija u studenti li pparteċipaw fil-Mini European Assembly. Simon Busuttil irringrazzja lil dawn l-istudenti għax huma ispirazzjoni, speċjalment fil-qasam tax-Xjenza, li l-pajjiż irid jinvesti aktar fih.
//= $special ?>