Lokali

Aġġornata : Talba għall-ħelsien mill-arrest preventiv – quddiem il-Maġistrat Carol Peralta

Maltarightnow.com hi infurmata li l-Avukat Pio Valletta li qiegħed jiddefendi lil Bin Han, id-Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing (factory) Limited, u Liu Jia, id-Direttur tal-Marketing, tal-istess kumpanija, fis-13:00 illum se jagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest taż-żewġ klijenti tiegħu li bħalissa jinsabu fil-Ħabs ta’ Kordin. Din it-talba mistennija li ssir quddiem il-Maġistrat Carol Peralta.

Bin Han u Liu Jia aktar kmieni din il-ġimgħa tressqu l-Qorti u, fost l-oħrajn, kienu akkużati bi traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta biex eventwalment ikunu sfruttati fil-kamp tax-xogħol.

Nhar l-Erbgħa, il-jum li fih Bin Han u Liu Jia tressqu l-Qorti, sar magħruf quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li waqt tfittxija ta’ rutina li saret mill-Pulizija fid-dar ta’ Bin Han f’San Ġwann fil-jiem li għaddew, il-Pulizija sabet li kellu l-bagalji kollha ppakkjati u li kellu biljetti lesti biex jaħrab lejn iċ-Ċina.

Aġġornament aktar tard.