Għar-raba’ sena konsekutiva l-Mosta Scouts Group qed jorganizza maratona ta’ abseiling bil-għan li jiġbor fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Il-maratona, li qed issir fil-bridge tal-Mosta li jagħti għal Wied il-Għasel, qed tittella’ matul dan il-weekend u se tibqa’ sejra sal-Ħadd fis-7pm.
Dawk li huma interessati li jieħdu sehem jistgħu imorru ħdejn il-bridge u jixxabbtu f’għoli ta’ 34 metru għal donazzjoni żgħira li se tmur għad-Dar tal-Providenza.
Is-sena l-oħra pparteċipaw fil-maratona tal-abseiling kważi 550 persuna u s-somma miġbura kienet dik ta’ 6000 ewro. L-organizzaturi qed jittamaw li matul il-maratona ta’ din is-sena, jirnexxielhom jaqbżu din is-somma.
Ritratt meħud minn Cynthia Zerafa tal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius li kien fost dawk li attenda l-maratona
//= $special ?>