Lokali

Anzjana ta’ 65 sena f’qagħda kritika

Anzjana ta’ 65 sena tinsab f’qagħda kritika wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar.

Il-mara kienet passiġġiera f’vettura Maruti Omni misjuqa minn mara oħra ta’ 65 sena. Il-karozza kienet involuta f’ħabta ma’ Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena.

L-anzjana sofriet ġrieħi gravi u ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei.

Il-persuni kollha nvoluti f’dan l-inċident huma minn Ħaż-Żabbar. Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.