Il-Viċi President tal-Istati Uniti Joe Biden beda żjara fit-Turkija fejn huwa mistenni jkollu laqgħa mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan. Laqgħa li matulha mistennija tiddomina t-tensjoni bejn Erdogan u Biden wara kummenti li għamel Biden fuq Erdogan u l-involviment tat-Turkija fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku. L-Istati Uniti trid li t-Turkija żżid l-involviment tagħha iżda minn naħa tagħha t-Turkija trid li kull involviment ikun jinvolvi pjan konkret sabiex jitneħħa l-President Sirjan Bashar al-Assad.
Intant l-ewwel impenn ta’ Biden fit-Turkija kienet laqgħa mal-Priministru Ahmet Davutoglu. F’din il-laqgħa Biden tkellem dwar il-ħbiberija twila bejn l-Istati Uniti u t-Turkija d-deskriva t-Turkija bħala ħabib u allejat.
Osservaturi diplomatiċi qegħdin jisħqu li r-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u t-Turkija bħalissa hija waħda fqira ħafna bl-aħħar inċident bejn Biden u Erdogan ikompli jżid il-firda bejn iż-żewġ stati membri tal-allejanza NATO.
//= $special ?>