Hekk kif ftit jiem ilu d-dinja ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal, f’Malta wkoll ġie ċċelebrat dan il-jum.
F’attivita’ organizzata mill-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista, numru kbir ta’ tfal kellhom iċ-ċans li jqattgħu nofstanhar flimkien, fost numru t’attivitajiet u logħob li tħejjew.
Is-Sibt filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar din l-attivita’ f’Tas-Sliema, mħejjija minn wieħed mis-sotto-kumitati tal-Forum Opportunitajiet Indaqs li hu ffukat fuq ħidma biex ma ssirx diskriminazzjoni u inġustizzji mat-tfal.
Simon Busuttil kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ numru kbir ta’ ġenituri u tfal. Fost l-għanijiet tal-attivita’ kien hemm dik li permezz tal-arti, il-logħob u l-kreattivita’, kemm it-tfal kif ukoll il-ġenituri jsiru jafu aktar dwar x’hinuma d-drittijiet tat-tfal.
Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Beppe Fenech Adami u mid-Deputati Joe Cassar, Clyde Puli u Robert Arrigo. Preżenti wkoll il-Kandidata ġdida tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali Grazziella Schembri.
//= $special ?>