Internazzjonali Kurżitajiet

George u Amal Clooney iridu jaddottaw tifel

Wara ż-żwieġ f’Venezia, George u Amal Clooney iridu jsiru ġenituri.

Skont ir-rivista Woman’s Day, l-attur popolari ta’ Hollywood u martu Amal, avukat dwar id-drittijiet tal-bniedem u li hi ta’ dixxendenza Lebaniża, għandhom l-intenzjoni li jaddottaw tifel orfni minn xi pajjiż mifni mill-gwerra.

Skont sors għar-rivista, il-koppja, b’dan il-mod, qed tittama li “tiffoka l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni ta’ tfal żgħar li jispiċċaw orfni minn pajjiżi bħas-Sirja.

George u Amal, li żżewġu fl-Italja f’Ottubru, għandhom xewqa kbira li jkunu ġenituri, u jimxu fuq il-passi ta’ ħbiebhom Matt Damon, Cindy Crawford, Brad Pitt u Angelina Jolie. U proprju Brad Pitt u Angelina Jolie, li għandhom tlett ulied addottivi – Pax, Maddox u Zahara – setgħu ispiraw lil Clooney.