Lokali

Ħaddiema ta’ l-Enemalta jiġu mwaqqfa milli jaħdmu flexi-hours

Numru kbir ta’ ħaddiema ta’ l-Enemalta li applikaw sabiex jaħdmu flexi-hours raw it-talba tagħhom tiġi miċħuda mill-Enemalta. Il-ħaddiema in kwistjoni talbu sabiex ikunu jistgħu ivarjaw il-ħin tax-xogħol tagħhom sa’ massimu ta’ siegħa.

Iżda propju l-għada li l-Ministru Edward Scicluna ressaq il-baġit fil-Parlament; baġit li l-gvern Laburista qiegħed jgħid huwa wieħed li jippremja l-bżulija, l-ħaddiema rċivew l-ittra ffirmata minn Anna Grech bħala l-principal fis-sezzjoni tar-riżorsi umani.

Ittra ta’ sentenza waħda li hija datata it-13 ta’ Novembru minkejja li ngħatat fit-18 ta’ Novembru u li fija l-ħaddiema kienu nfurmati li skond il-ftehim kolletiv it-talba tagħhom ma’ kienetx possibli b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2014.

Ħaddiema li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li din id-deċiżjoni tkompli toħloq tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Enemalta. L-istess ħaddiema lmentaw li l-inċertezza dwar il-kundizzjonijiet tagħhom qegħda ma’ kull li jgħaddi tiżdied.