Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinqabad f’kontradizzjoni meta kien mistoqsi dwar il-każ tax-xogħol li qed isir fuq il-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli u tar-raġel tagħha.
Waqt l-intervista li saritlu minn Andrew Azzopardi waqt il-programm Għandi Xi Ngħid, li xxandar nhar is-Sibt filgħodu fuq Radju Malta, Muscat għamel referenza għar-ritratti tal-makkinarju li qed jintuża biex isir dan ix-xogħol. Makkinarju li huwa proprjeta tal-istess raġel tal-Ministru Helena Dalli – PADA Machinery Company Limited.
Minkejja li Muscat saħaq li l-makkinarju ma kienx qed jaħdem, fl-istess intervista sempliċiment ftit minuti qabel, ikkonferma li kienu qed isiru xogħlijiet fuq dan is-sit – xogħlijiet li skont hu kienu qed isiru mill-persuna li xtrat il-post.
Dawn id-dikjarazzjonijiet kunfliġġenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat ikomplu biss iżidu mal-kontradizzjonijiet li diġa jinsab imkebbeb fih dan il-każ.
//= $special ?>