Joseph Muscat jikkontradixxi lilu nnifsu f’temp ta’ tliet minuti dwar il-każ ta’ Manuel Mallia.
Meta kien qed jiġi intervistat fil-programm ‘Għandi xi Ngħid’ minn Andrew Azzopardi, Muscat irrefera għall-istqarrija li ħarġet mill-Ministeru tal-Intern nhar l-Erbgħa filgħaxija li fiha l-Ministru qal li dan kien każ ta hit and run li fih ġew sparati tiri fl-arja.
Madankollu, fl-istess intervista, ftit inqas minn żewġ minuti wara, Muscat qal li l-ewwel u l-uniku stqarrija li saret mill-Ministru Manuel Mallia kienet l-għada tal-inċident f’nofsinhar.
B’rabta mal-każ ta’ Manuel Mallia, il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li l-Prim Ministru għandu jneħħi mill-kariga lill-Ministru Manuel Mallia minħabba li l-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex iktar tenibbli. Dan wara li nqabad jigdeb fil-każ tat-tiri li spara x-xufier tiegħu fuq sempliċi każ ta’ hit and run. Numru ta’ esponenti politiċi ukoll huma tal-fehma li Muscat għandu jneħħi lill-Ministru Manuel Mallia.
Madanakollu, meta fl-istess intervista, Muscat kien mistoqsi jekk hux se jkun qed jagħmel xi reshuffle, huwa qal li ma għandu l-ebda ħsieb li jwettaq tibdil fil-kabinett tieghu.
//= $special ?>