Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja Sergei Lavrov qal li sanzjonijiet mill-Punent kontra r-Russja, dwar ir-rwol tagħha fl-Ukrajna, huma mmirati biex jisfurzaw ‘bidla fir-reġim’ f’Moska.
Meta kien qed ikellem lil konsulenti dwar il-politika barranija, Sergei Lavrov irrefera għal sejħiet dwar sanzjonijiet “li se jeqirdu l-ekonomija u joħolqu protesti fil-pubbliku”.
Nhar il-Ħamis, il-President Vladimir Putin qal li l-awtoritajiet f’Moska għandhom joqogħdu attenti dwar xi forma ta’ revoluzzjoni.
Is-sanzjonijiet mill-Punent kienu l-ewwel imposti meta r-Russja għaqdet ir-reġjun tal-Krimea f’Marzu wara referendum kontroversjali.
Minn dak iż-żmien ‘il hawn, żdiedu aktar miżuri, b’uffiċjali għoljin Russi li kienu fil-mira, kif ukoll id-ditti tad-difiża, il-banek u l-industrija taż-żejt tal-pajjiż.
//= $special ?>