Il-Prim Ministru Joseph Muscat b’attakk fuq il-konsorzju Malti li ressaq mandat ta’ inibizzjoni li wassal biex jitwaqqaf il-proċess tal-ftehim dwar it-trasport pubbliku.
Waqt il-programm ‘Għandi xi Ngħid’ ippreżentat minn Andrew Azzopardi nhar is-Sibt filgħodu, Joseph Muscat jakkuża lill-konsorzju li kellu għanijiet moħbija meta ressaq dan il-mandat ta’ inibizzjoni.
Muscat ma jieqafx hawn.
Muscat ma tantx jogħmod kliemu fil-konfront tal-konsorzju Malti u, waqt l-istess intervista, jakkuzahom li qed jilagħbuha tal-verġni u tal-qaddisin.
“Jien ma xtaqtx ngħidha din il-biċċa xogħol imma issa jekk kulħadd se jipprova jilgħabha tal-verġni u tal-qaddis irrid ngħidha li dawn in-nies għandhom interess mod ieħor ukoll. ”
//= $special ?>