Kurżitajiet Lokali

L-itwal ċikkulata f’Malta

Aktar minn tlett mija u tletin metru – daqsekk hi twila l-itwal ċikkulata f’Malta, li hekk kif qed joqrob il-Milied, tħejjiet biex jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Iċ-ċikkulata, li tpoġġiet fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta ġibdet l-attenzjoni ta’ mijiet ta’ Maltin u turisti li kienu mexjin minn din it-triq prinċipali fil-Belt Kapitali.

Steve D’Anastasi kien il-kok li mexxa grupp ta’ ħamsa u għoxrin student tal-ITS biex tħejjiet din iċ-ċikkulata.

Magħmula kollha kemm hi minn ċikkulata Belġjana, din hija t-tieni sena konsekuttiva fejn tħejjiet l-itwal ċikkulata f’Malta.

Uffiċjali tal-Malta Records kejlu ċ-ċikkulata u ddikjarawha l-itwal ċikkulata f’Malta.