Aġġornata b’filmat (7)
Il-kanzunetta ‘Warrior’ rebħet il-Malta Eurovision ta’ din is-sena. Dan ifisser li Amber se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision 2015 li s-sena d-dieħla se jittella’ fi Vjenna.
‘Warrior’ rebħet b’72 punti wara li rnexxiela takkwista it-tnax-il punt tat-televoting u l-ġurija kollha. Din hija l-ewwel darba li rebbieħa tal-Malta Eurovision kisbet kull tnax-il punt possibbli, u allura l-punti massimi li kanzunetta tista’ takkwista.
“Grazzi lil kulħadd” kienet l-ewwel reazzjoni ta’ Amber wara li ġiet ikkonfermata rebbieħa tal-Malta Eurovision. Ara l-filmat t’hawn fuq.
Fit-tieni post klassifikat Christabelle bil-kanzunetta ‘Rush’. Glenn Vella klassifika fit-tielet post bil-kanzunetta ‘Brekaway’, apparti li rebaħ ukoll l-‘online award’.
Is-serata tal-finali tal-Malta Eurovision segwiet serata oħra, dik tas-semi-finali li saret il-Ġimgħa. Is-serata tas-Sibt infetħet mir-rebbieħa tal-Eurovision 2014 Conchita Wurst.
Ara dawn ir-ritratti ftit minuti biss wara li Amber kienet konfermata rebbieħa tal-Malta Eurovision:
FILMAT: It-tim ta’ Amber, backstage, jiċċelebra r-rebħ tal-kanzunetta ‘Warrior’
Ritratt: ir-reazzjoni ta’ Amber hekk kif akkwistat tnax-il punt mingħand wieħed mill-ġurija.
Aktar kmieni…
11:28: Warrior takkwista l-punti massimi mit-televoting. Ekklezia Sisters jirċievu t-tieni l-aktar punti mill-pubbliku, bil-kanzunetta ta’ Franklin Calleja tirċievi it-tielet l-aktar punti mit-televoting.
11:26 : Dalwaqt titħabbar il-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Eurovision.
Ritratt: Conchita Wurst tkanta waqt il-finali tal-Malta Eurovision
Aktar kmieni…
10:47 Il-votazzjoni għalaq fl-aħħar sekondi, biex issa jmiss li fil-ħin li ġej titħabbar il-kanzunetta rebbieħa tal-Malta Eurovision 2014.
10:40 Bħalissa l-pubbliku jista’ jivvota għall-kanzunetta favorita tiegħu. Aktar tard, wara li l-votazzjoni tkun magħluqa, jingħaddu l-voti biex imbgħad jitħabbar ir-rebbieħ jew rebbieħa ta’ dan il-festival.
09:00 Tibda s-serata Finali tal-Malta Eurovision.
Fis-serata tal-lejla qed jieħdu sehem 14-il kanzunetta, wara li lbieraħ ġew eliminati sitt kanzunetti.
Il-kanzunetti se jkunu f’din l-ordni:
- Breakaway – Glen Vella
- 12,Baker Str – Karen Debattista
- Once In a While – Domnic
- Chasing a Dream – Trilogy
- Closed Doors – Chris Grech
- Love and Let Go – Ekklesia Sisters
- Fandango – Jessika
- Its’ Ok – Deborah C
- Warrior – Amber
- Beautiful to Me – L-Aħwa
- Still Here – Franklin
- Rush – Christabelle
- The one that you Love – Lawrence Gray
- Something in the Way – Daniel Testa
Fost dawn, il-kantanti favoriti li jirbħu l-Malta Eurovision ta’ din is-sena huma Amber, Franklin, Jessika, il-grupp l-Aħwa u l-famużi sorijiet Eklesia Sisters.
Naturalment, hemm diversi kantanti oħrajn b’esperjenza kbira, li bla dubju se jagħtu interpretazzjoni mill-aqwa.
Is-serata tal-lejla infethet bil-kantanta li rebħet il-Eurovision ta’ din is-sena, Conchita.
//= $special ?>