Fl-aħħar siegħat f’Kastilja saru numru ta’ laqgħat bejn diversi persuni qrib il-Prim Ministru biex jaraw kif se joħorġu mill-problema li daħħalhom fiha il-każ tal-Ministru Manuel Mallia. Konxji mill-fatt li dan il-każ qed joħloq diversi problemi, minn tagħrif li għandna matul il-laqgħat fil-bidu kien hemm min ħareġ bl-idea li jkun identifikat “scapegoat” u jintefa’ it-tort kollu fuqu.
Għall-ewwel deher li l-“iscapegoat” kienet se tkun persuna mill-Ministeru ta’ Manuel Mallia, sakemm xi ħadt preżenti għal din il-laqgħa ħareġ bl-idea li l-Prim Ministru jaħtar bord ta’ 3 eks Ġudikanti biex jinvetigaw lil Ministru Mallia, din l-idea niżlet tajjeb ħafna lill-Prim Ministru Joseph Muscat. F’din il-laqgħa kien propost ukoll li wieħed mill-Ġudikanti jkun nominat mill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Huwa ovju li aktar ma’ jgħaddi l-ħin, il-każ ta’ Mallia aktar qed joħloq problemi lill-Gvern. Għaldaqstant il-Prim Ministru jrid jilgħab għal ħin, billi l-ewwel iħabbar din l-idea, biex imbagħad jgħaddi aktar ħin, u l-pubbliku jinsa dan il-każ, bit-tama li jsalva lill-Ministru Mallia.
Madanakollu,hekk kif titħabbar din id-deċiżjoni, il-mistoqsija li ħafna jistaqsu tkun, Ministru nvestigat minn 3 Ġudikanti, il-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru tibqa tenibbli?
//= $special ?>