Is-sit tal-magazine popolari National Geographic poġġa l-Imsida Bastion Cemetary, li jinsab fi ħdan li jġib l-istess isem, bħala wieħed mill-isbaħ ċimiterji fl-Ewropa. Il-ġonna li jilqgħu dan iċ-ċimiterju jinsabu fil-fortifikazzjonijiet tal-Furjana, iħarsu lejn il-Port ta’ Marsamxett.
F’dan iċ-ċimiterju hu midfun missier il-lingwa Maltija; Mikiel Anton Vassalli, li minkejja li kien Kattoliku, kien skomnikat mill-Knisja minħabba li qaleb it-Testment il-Ġdid għall-Malti mingħajr permess.
“Mibnija snin ilu bħala parti mid-difiża tal-Belt Valletta, il-propjeta’ nbidlet f’sit tad-dfin, l-ewwel ċimiterju Protestant f’Malta, fil-bidu tal-1800,” jgħid l-artiklu fuq in-National Geographic.
L-istess sit ifakkar kif wara t-Tieni Gwerra Dinjija ċ-ċimiterju waqaf jintuża u kien jinsab f’telqa qabel beda proġett ta’ restawr fis-snin 80 u ngħata ħajja ġdida sal-1993 meta nbidel f’attrazzjoni turistika.
In-National Geographic jirreferi għaċ-ċimiterju bħala post ta’ riflessjoni u trankwillita fl-isfond tad-dgħajjes ankrati fil-marina li tinsab taħtu.
Ritratt: James Aaron Ellul
//= $special ?>