Taħditiet dwar il-programm nukleari tal-Iran daħlu fi stadju kruċjali fi Vjenna, iżda ma hemm ebda sinjal ta’ żblokk.
L-Istati Uniti ammettiet li hemm “vojt serju li jrid jimtela”.
Iżda s-Segretarju tal-Istat John Kerry ħassar pjani biex iħalli l-Awstrija, u kellu aktar taħditiet mal-ministru Iranjan tal-istess dekasteru, Javad Zarif.
Sitt pajjiżi dinjija jridu li l-Iran jikkontrolla l-programm nukleari tiegħu sabiex ikunu jistgħu jitneħħew is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti minn fuqu.
L-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, ir-Russja u ċ-Ċina jridu jassiguraw ruħhom li l-Iran mhux qed jipprova jsaħħaħ il-kapaċitajiet nukleari tiegħu.
Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Iranjani insistew li l-programm nukleari hu relatat biss mal-enerġija.
//= $special ?>