Internazzjonali

Obama jgħid li mhux lest iċedi dwar l-immigrazzjoni rregolari minkejja l-kritika

“Ma kontx ser noqgħod idi fuq żaqqi mingħajr ma’ nagħmel dak li għandi kull dritt nagħmel”. Hekk saħaq il-President Amerikan Barack Obama meta kien qed jitkellem wara d-deċiżjoni kontroversjali tiegħu li juża s-saħħa eżekuttiva tiegħu sabiex jibdel il-liġi Amerikana dwar l-immigrazzjoni rregolari mingħajr ma’ jitlob vot fil-Kungress jew fis-Senat. Użu ta’ saħħa li ġie kundannat bil-qawwa mir-Repubblikani li ftit tal-jiem ilu kisbu rebħa elettorali meta rebħu l-maġġoranza kemm fis-Senat kif ukoll fil-Kungress.

Waqt diskors f’Las Vegas Obama saħaq li hu ma’ kien ser jaqta qalbu qatt u li kien ser ikompli b’aktar riformi dwar l-istess liġi. Minn naħa tagħhom ir-Repubblikani saħqu li r-riformi ser iħeġġu aktar immigrazzjoni rregolari. L-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, r-Repubblikan John Boehner minn naħa tiegħu qal li dak li għamel Obama jmur kontra x-xewqat tal-poplu Amerikan. Boehner saħaq li din ma’ kienetx l-ewwel okkażjoni li Obama qabeż lil Kungress. Saħaq li bl-azzjonijiet tiegħu Obama kien qiegħed jagħmel ħidma konġunta bejn id-Demokratiċi u r-Repubblikani impossibli.