Internazzjonali Kurżitajiet

Pellegrini jżuru Goa biex jaraw il-fdalijiet ta’ San Franġisk Saverju

Eluf ta’ pellegrini Kattoliċi qed iżuru Goa fil-Punent tal-Indja biex jaraw ir-relikwji ta’ San Franġisk Saverju.

Il-fdalijiet tal-missjunarju Spanjol tas-Seklu 16 issoltu jinżammu f’tebut fil-Bażilika tal-Bambin Ġesu’.

Darba kull għaxar snin il-fdalijiet ikunu esposti għall-wiri, u llum it-tebut inħareġ f’purċissjoni u twassal fil-Katidral Se.

Mijiet ta’ eluf ta’ persuni mistennija jivjaġġaw lejn Goa biex jaraw ir-relikwiji fil-ġimgħat li ġejjin.