Lokali

Amber tiddedika s-suċċess tagħha għal tifla vittma tal-kanċer

Ir-ritratt t’hawn fuq juri lil Noel, Missier iċ-ċkejkna Amber, ċkejkna li sentejn ilu mietet bil-kanċer.

Il-kantanta Amber kienet qed titlob lil din iċ-ċkejkna qabel il-Eurovision u anke’ ddedikat ir-rebħa tagħha fil-Eurovision għaliha.

Filfatt, wara li rebħet il-Malta Eurovision, Amber qalet li ċ-ċkejkna kienet “warrior” u li kienet l-anġlu tagħha mis-sema.

Missier iċ-ċkejkna kien emozzjonat li wara sentejn mill-mewt ta’ bintu, ilbieraħ reġgħet kienet strumentali f’xi ħaġa importanti.