Internazzjonali Kurżitajiet

Angelina Jolie: Mhux se tkompli tkun attriċi

L-attriċi Angelina Jolie kkonfermat li kienet se tirtira mix-xogħol ta’ attriċi u minflok kienet se tiffoka fuq il-kitba u d-direzzjoni. Hi qalet dan f’intervista mar-rivista DuJour.
L-attriċi qalet li hi qatt ma kienet tħobb tkun quddiem il-camera u kienet tkun aktar kuntenta ma tidhirx.
Jolie, li għandha 39 sena, aktar kmieni din is-sena hi tat wieħed x’jifhem li l-parti tagħha bħala Cleopatra kienet l-aħħar waħda bħala attriċi li kienet se taħdem.