Attakk suwiċida qatel minn tal-inqas 45 persuna waqt logħba tal-Volleyball fl-Lvant tal-Afganistan.
Kelliem għall-provinċja fejn seħħ l-attakk qal persuna waddab bomba qalb in-nies li kienu qed jinġabru għal-logħoba li kienet se ssir. Madwar sittin persuna oħra indarbu fl-attakk.
L-attakk suwiċida ġie wara li membri parlamentari fl-Afganistan approvaw ftehim dwar sigurta’ biex suldati tan-NATO u tal-Istati Uniti jitħallew fil-pajjiż wara li jkunu telqu ħafna mit-truppi x-xahar id-dieħel.
//= $special ?>