Lokali

FILMAT: Is-sorijiet iridu jerġgħu jieħdu sehem fil-Eurovision!

Rebbieħa għax wasslu l-messaġġ tagħhom

Is-sorijiet iridu jerġgħu jirritornaw għall-Eurovision!

F’kummenti li taw lil MaltaRightNow wara li ntemm il-Malta Eurovision, is-sorijiet qalu li jinsabu kuntenti ferm li pparteċipaw fil-Eurovision għaliex kienet esperjenza sabiħa ħafna, fejn il-ħbiberija tagħhom bejniethom u mal-kantanti l-oħra kompliet tikber.

Fil-kummenti tagħhom, is-sorijiet qalu li jħossuhom rebbieħa, għax permezz tal-kant u l-pożittivita’, irnexxielhom iwasslu l-messaġġ tagħhom.

Qalu li jridu jkomplu juru l-Knisja kif verament hi – knisja sempliċi, mimlija ferħ u ġenwinita u li għandha qalbha miftuħa għall-uġiegħ tad-dinja.

Qalu li tant kemm ħadu gost jipparteċipaw li jridu jerġgħu jipparteċipaw!

Ara l-kummenti tas-sorijiet fil-filmat t’hawn fuq.