Wieħed mill-akbar pubblikaturi ewlenin tal-kotba tat-tfal mhux se jibqa’ jagħmel distinzjoni bejn kotba għas-subien u għall-bniet. U dan wara kważi mitt sena.
Id-dar tal-pubblikaturi Ladybird Books se tieqaf toħroġ kotba “għall-bniet” u “għas-subien”.
Din id-deċiżjoni ssegwi kampanja sabiex tinkoraġġixxi lill-pubblikaturi biex jieqfu jistampaw kotba għal ċertu kategorija ta’ nies.
Il-Ladybird qabel kienet tippubblika l-Ladybird Favourite Fairy Tales for Girls u l-Ladybird Favourite Stories for Boys.
Magħrufa għall-iskema klassika tal-qari Peter and Jane, il-Ladybird qalet li ma riditx tideher “li qed tillimita lit-tfal b’xi mod jew ieħor”.
//= $special ?>