Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wassal l-awguri tiegħu lill-kantanta Amber għas-suċċess li għamlet ilbieraħ filgħaxija fil-Eurovision Song Contest. Ma jeżisti l-ebda dubju li Amber se tkun qed tagħmel kull Malti u Maltija kburin fil-konkors li se jsir f’Mejju li ġej fi Vjenna l-Awstrija.
Il-Kelliem għall-Kultura u l-Kommunikazzjoni Francis Zammit Dimech feraħ lil Amber immedjatament wara l-Festival, u awguralha kull suċċess.
Il-Partit Nazzjonalista feraħ ukoll lill-PBS talli organizza b’suċċess is-serata finali kif ukoll is-serata tal-Junior Eurovision Song Contest tal-ġimgħa li għaddiet.
Intant anki l-Partit Laburista feraħ lil Amber għas-suċċess tagħha.
//= $special ?>